Appoġġjana
Abortion Support Network hija organizzazzjoni li kważi kompletament immexxija mill-voluntiera, u ffinanzjata permezz ta’ donazzjonijiet minn individwi bħalek (kif ukoll permezz tas-sapport ta’ numru żgħir ta’ organizzazzjonijiet). In-nisa li jikkuntattjawna ta’ spiss ikunu f’ċirkustanzi diffiċli, u ħafna minnhom m’għandhom imkien fejn jistaqsu għall-għajnuna. Aħna qegħdin f’pożizzjoni li nistgħu ngħinu lin-nisa grazzi għall-għajnuna ta’ min jappoġġjana.
Aħna ninsabu grati ħafna lil dawk kollha li jivvolontarjaw għal ASN – bħala koordinaturi tat-telefon, billi jospitaw lin-nies fi djarhom, permezz ta’ ġbir ta’ fondi, u ħafna rwoli oħrajn. Aħna dejjem qed infittxu nies li kapaċi jgħinu u joffru l-ħin tagħhom għal din il-kawża, kemm għal proġetti individwali kif ukoll f’forma ta’ volontarjat iktar fit-tul.
Donazzjonijiet huma bżonjużi ħafna u nilqgħuhom b’qalbna kollha. Donazzjonijiet ta’ kull xahar – ta’ kwalunkwe ammont – huma apprezzati ħafna, għaliex permezz ta’ dħul regolari nkunu nistgħu nippjanaw aħjar għall-bżonnijiet tal-klijenti tagħna. Però, tista’ wkoll tagħmel donazzjoni ta’ darba biss – din ukoll tkun apprezzata ħafna! Agħfas hawn taħt:
Tista’ tiġbor fondi għal ASN b’diversi modi. Pereżempju, tista’ torganizza xi avveniment żgħir (bħal xi film night bejn il-ħbieb) u tiġbor fondi għal ASN. B’hekk tkun qed tagħmel differenza diretta fil-ħajja tan-nisa u tipparteċipa f’avveniment pjaċevoli fl-istess ħin! Tixtieq ideat għal ġbir ta’ fondi? Agħfas hawn taħt:
Għandek ħin u talenti x’toffri? Ikkuntattjana.