Skip to main content

Emergency Appeal: Save Our Helpline

We need your help to save our helpline. We need to raise £50,000 by the end of April to cover the increasing costs of helping people travel for an abortion. Over 2024 and into this year, calls – and costs – have been increasing.

Donate today to help the next person who calls the Abortion Support Network helpline.

Donate Now

Dwar ASN

Abortion Support Network (ASN) hija organizzazzjoni li tipprovdi informazzjoni, assistenza finanzjarja, u appoġġ prattiku ieħor lil kull min jeħtieġ li jivjaġġa għall-abort.

ASN ġiet imwaqqfa abbażi tal-fatt li leġiżlazzjoni li tikkundanna l-abort ma twaqqafx l-abort, iżda toħloq ostaklu għal abort sigur. Aħna nemmnu wkoll li nuqqas ta’ finanzi qatt m’għandha tkun l-uniku raġuni li xi ħadd ikun sfurzat li jġorr tqala. 

ASN ma tikkampanjax għal bidla tant bżonjuża fil-liġi, bħal ma jagħmlu organizzazzjonijiet oħra dedikati għal dan l-għan importanti. Il-voluntiera tagħna jaħdmu biex jipprovdu sapport prattiku u immedjat lil dawk li ma jistgħux jaċċessaw abort sigur u legali f’pajjiżhom stess. Aħna nemmnu li l-liġijiet f’dawn il-pajjiżi għandhom jinbidlu ħalli sa fl-aħħar ma jibqax bżonn ix-xogħol li tagħmel ASN. Sadanittant, aħna bi ħsiebna nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinu kemm nistgħu nies.

Aħna ftaħna s-servizz tagħna għall-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, u Isle of Man fl-2009. Filwaqt li l-bżonn tas-servizzi tagħna f’dawn il-postijiet naqas minħabba riformi fil-liġi, aħna xorta għadna nisimgħu mingħand nies f’dawn il-pajjiżi li ma rnexxilhomx jaċċessaw l-abort f’pajjiżhom minħabba limitazzjonijiet tal-liġi. Fil-bidu tal-2019, aħna bdejna noffru s-servizz tagħna lil dawk residenti f’Malta u l-Ġibiltà. F’Diċembru tal-2019 aħna ftaħna s-servizz għal nies residenti fil-Polonja grazzi għall-inizjattiva Abortion Without Borders. Fl-2022 aħna bdejna nfittxu nies ġewwa ġurisdizzjonijiet oħrajn li għandhom bżonn l-għajnuna biex jaċċessaw l-abort fit-tieni trimestru. Fil-bidu ffukajna fuq ir-Rumanija, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, Franza u Spanja, però bl-idea li ngħinu lin-nies irrispettivament fejn qegħdin fl-Ewropa, b’kull każ evalwat individwalment. Apparti minn hekk, meta jkun possibli, aħna nipprovdu informazzjoni wkoll lil nies li jikkuntattjawna minn madwar partijiet oħra tad-dinja.

L-għajnuna li noffru

Aqra l-paġna tagħna Għajnuna għal iktar informazzjoni dwar l-għajnuna li noffru lill-klijenti tagħna. 

Il-missjoni, il-viżjoni, u l-valuri tagħna

Viżjoni

  • Dinja fejn kulħadd għandu l-informazzjoni u l-mezzi biex jaċċessa abort sigur, legali, u lokali.

Missjoni

  • Li nipprovdu informazzjoni, assistenza finanzjarja, u akkomodazzjoni lil dawk li għandhom bżonn isiefru biex ikunu jistgħu jaċċessaw abort sigur u legali, u 
  • Li naqsmu dak kollu li tgħallimna matul is-snin sabiex nissapportjaw l-iżvilupp u t-tkabbir tal-ġbir ta’ fondi għall-abort

Valuri

  • Aħna nemmnu li kulħadd għandu dritt għal abort sigur u legali  
  • Aħna nemmnu f’li nipprovdu sapport prattiku li jippermetti lin-nies jeżerċitaw dan id-dritt  
  • Aħna nuru kompassjoni lil kull min ifittex abort u nirrispettaw id-deċiżjonijiet tagħhom  
  • Aħna nemmnu f’li naqsmu l-informazzjoni u l-esperjenza tagħna ma’ oħrajn sabiex inkabbru l-moviment ta’ ġbir ta’ fondi għall-abort u nżidu l-aċċess għal abort sigur 

Dikjarazzjoni dwar l-inklussività 

ASN hija organizzazzjoni inklużiva. Aħna qegħdin hawn biex ngħinu lil kull min għandu bżonn abort, irrispettivament mir-razza, l-etniċità, ir-reliġjon, il-ġeneru, is-sesswalità, id-diżabilità, l-istatus ta’ immigrazzjoni, il-lingwa, il-pajjiż tat-twelid, l-istat ċivili, jew it-twemmin politiku.

Aħna nafu li ħafna mill-klijenti tagħna esperjenzaw esklużjoni jew marġinalizzazzjoni. Għaldaqstant, meta naħdmu ma’ individwi biex ngħinuhom jaċċessaw abort sigur, aħna nikkunsidraw iċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Aħna ma nistaqsux lill-klijenti tagħna dwar x’wassal għat-tqala jew għalfejn iridu abort. Aħna qegħdin hawn biss biex ngħinuk.