Pilloli tal-abort
Aħna nafu li hawn nies li m’għandhom ebda alternattiva oħra ħlief li jfittxu pilloli tal-abort fuq l-internet. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organisation) stqarret li l-pilloli tal-abort huma siguri, anke meta jittieħdu barra minn kliniċi jew sptarijiet. Madankollu, ix-xiri ta’ dawn il-pilloli minn fuq l-internet jaf ikun riskjuż jekk ma tkunx taf mingħand min qed tordnahom. Għaldaqstant, aħna nissuġġerixxu li tfittex il-pilloli tal-abort minn organizzazzjonijiet reputabblu biss u li meta tieħu l-pilloli ssegwi l-istruzzjonijiet provduti jew li jkollok aċċess għal pariri mingħand nies kwalifikati.
Mill-esperjenza tagħna, kemm Women Help Women kif ukoll Women on Web huma organizzazzjonijiet reputabbli li jipprovdu pilloli tal-abort, kif ukoll pariri u sapport. Infatti, Women Help Women hija membru tal-inizjattiva Abortion Without Borders u waħda mis-soċji ta’ ASN. Jekk iżżur is-siti ta’ Women Help Women u Women on Web ser issib informazzjoni dwar kif jaħdmu l-pilloli tal-abort, is-sigurtà tagħhom, u s-side effects. Iż-żewġ organizzazzjonijiet jistaqsu li l-persuna li tkun ħa tieħu l-pilloli timla konsultazzjoni medika online. Huma jistaqsu wkoll għal donazzjoni biex ikopru l-ispejjeż tal-pilloli u l-posta. ASN ma tirċievi ebda pagamenti jew benefiċċji oħra mingħand min juża dawn is-servizzi. Filwaqt li nemmnu li kemm Women Help Women u Women on Web huma organizzazzjonjiet affidabbli, ASN ma tieħu ebda responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom.