Għajnuna mingħand organizzazzjonijiet oħra
ASN toffri informazzjoni dwar kif tippjana l-proċedura u l-vjaġġ barra minn Malta bl-inqas spiża possibli, għajnuna finanzjarja f’każijiet fejn ikun hemm bżonn ta’ din it-tip ta’ assistenza, u – f’ċertu każijiet – akkomodazzjoni f’djar ta’ voluntiera jew pariri dwar akkomodazzjoni rħisa.
Madankollu, aħna m’aħniex tobba, infermiera, jew counsellors. Għal informazzjoni medika, għajnuna biex tagħmel id-deċiżjoni tiegħek, jew pilloli tal-abort bil-posta, jistgħu jgħinuk l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn taħt. Din il-lista tinkludi aġenziji lokali tal-ipjanar tal-familja, kliniċi tal-abort, u aġenziji reputabbli li jipprovdu pilloli tal-abort li huma siguri (però illegali f’ċertu pajjiżi, inkluż f’Malta).
Jekk issiefer barra minn Malta għal abort, ikollok l-opportunità li tistaqsi mistoqsijiet li għandek dwar il-proċedura tal-abort lil professjonisti tas-saħħa li jaħdmu fil-klinika li ser tattendi.
Oqgħod attenta mill-fatt li jeżistu ‘kliniċi’ li ma jipprovdux informazzjoni tajba u imparzjali dwar it-tqala u dwar l-abort. Minflok, huma jippruvaw jinfluwenzawlek id-deċiżjoni tiegħek dwar l-abort mingħajr ma jiżvelaw il-konvinzjoni tagħhom kontra l-abort. L-organizzazzjonijiet li nipprovdu informazzjoni dwarhom aħna huma reputabbli, imparzjali, u jistgħhu jitkelmu miegħek dwar l-għażliet kollha li għandek meta tkun qed taffaċċja sitwazzjoni diffiċli fit-tqala.
Malta
Jekk tixtieq titkellem ma’ xi ħadd dwar l-għażliet kollha li għandek fit-tqala, inkluż l-abort, tista’ tikkuntattja lil FPAS Malta. Din hija organizzazzjoni f’Malta li tipprovdi informazzjoni u assistenza imparzjali u bla ebda ġudizzju.
Telefon: FPAS Malta: (+356) 2778 2758
Email: [email protected]
Website: https://mt.fpas.mt
Alternattivament, tista’ żżur DAN IS-SIT ELETTRONIKU https://www.bpas.ie/abortion-treatments/ għal informazzjoni dwar l-abort (bl-Ingliż).
Organizzazzjonijiet u kliniki li jipprovdu l-abort
Hawn taħt tista’ ssib lista ta’ kliniċi, sptarijiet, u organizzazzjonijiet li jaħdmu ma’ Abortion Support Network biex jipprovdu l-abort lil min ikollu bżonn isiefer għal dan is-servizz. Il-kliniċi, fejn hu possibli, jinstabu viċin ta’ ajruporti u stazzjonijiet tal-ferrovija jew tal-linja.
Uħud minn dawn il-kliniċi joffru prezzijiet imraħħsa lil nisa li jiġu għandhom minn pajjiżi fejn l-abort huwa illegali jew ristrett. ASN tista’ tgħinek tiddetermina f’liema pajjiż, klinika, jew sptar aħjar tivjaġġa abbażi taċ-ċirkustanzi individwali tiegħek.
INGILTERRA
British Pregnancy Advisory Service (BPAS)
00 44 1789 416 569
BPAS għandhom numru ta’ kliniċi ġewwa Londra u oħrajn f’Liverpool, Leamington Spa, Birmingham, kif ukoll f’lokalitajiet oħra fl-Ingilterra.
South Manchester Private Clinic (NUPAS)
00 44 1614 872 660
Din hija klinika privata fin-naħa t’isfel ta’ Manchester
Marie Stopes International
00 44 3453 003 737
MSI għandhom kliniċi ġo Londra, Manchester, u lokalitajiet oħra fl-Ingilterra.
L-OLANDA
Stichting Abortuskliniek Amsterdam (L-eqreb ajruport: Amsterdam)
Website: https://abortuskliniek-amsterdam.nl/
Telefon: +31 (0) 20 693 21 51
Trattamenti sa 18-il ġimgħa tqala
Bloemenhove in Heemstede (L-eqreb ajruport: Amsterdam)
Sit elettroniku: www.bloemenhove.nl
Telefon: 0031 23 528 98 90
Trattamenti sa 21 ġimgħa u 5 ijiem tqala
Vrelinghuis Utrecht (L-eqreb ajruport: Amsterdam)
Sit elettroniku: www.vrelinghuis.nl
Telefon: +31 30-2333542
Trattamenti sa 21 ġimgħa u 5 ijiem tqala
SPANJA
Travel Abortion hija organizzazzjoni bbażata ġewwa Spanja. Huma jistgħu jassistu lil min għandu bżonn jaċċessa abort fi Spanja kif ukoll f’pajjiżi oħra.
Sit elettroniku: Travel Abortion (travel-abortion.com)
Telefon: +34 960 13 03 68