Skip to main content

Emergency Appeal: Save Our Helpline

We need your help to save our helpline. We need to raise £50,000 by the end of April to cover the increasing costs of helping people travel for an abortion. Over 2024 and into this year, calls – and costs – have been increasing.

Donate today to help the next person who calls the Abortion Support Network helpline.

Donate Now

Għajnuna minn Malta

Abortion Support Network qegħda hawn biex tgħin nies li għandhom bżonn jaċċessaw l-abort barra minn Malta. Tgħin ukoll lil min qed ifittex pilloli tal-abort mingħand aġenziji reputabbli. Importanti tkun taf li filwaqt li dawn il-pilloli huma siguri, f’Malta huma kriminalizzati. Jekk qed tikkunsidra li tordna pilloli minn fuq l-internet, jekk jogħġbok l-ewwel aqra din l-informazzjoni. 

Jekk għandek bżonn issiefer għall-abort, jekk jogħġbok tkellem magħna qabel ma tibbukja appuntament fil-klinika jew il-vjaġġ. ASN tista’ tgħinek tippjana l-vjaġġ u l-proċedura b’mod konvenjenti u bl-inqas spiża possibli. Dan huwa important mhux biss għalik, iżda wkoll sabiex ir-riżorsi tagħna nkunu nistgħu nużawhom bl-iżjed mod effiċjenti ħalli ngħinu kemm jista’ jkun nies. 

Għajnuna li Abortion Support Network tista’ tipprovdi:  

  • Rakkomandazzjonijiet ta’ kliniċi tal-abort 
  • Informazzjoni dwar kif tippjana l-vjaġġ u l-proċedura bl-inqas spiża possibli  
  • Assistenza finanzjarja  
  • Għajnuna biex issib akkomodazzjoni   
  • Pariri bl-Ingliż, bil-Malti, jew lingwi oħra  

Għal iktar informazzjoni jew biex tiddiskuti ċ-ċirkustanzi tiegħek, jekk jogħġbok ċemplilna jew ibgħatilna email. Il-voluntiera ta’ ASN iwieġbuk lura f’temp ta’ 48 siegħa. 

Ikkuntattjana


Fuq din il-paġna:


X’jiġri meta tikkuntattja

  • Wara li tikkuntattjana (b’telefonata jew email), waħda mill-voluntiera tagħna twieġbek lura. M’huwiex dejjem possibli li nirrisponduk x’ħin iċċemplilna. Jekk ma naqbdukx, jekk jogħġbok ħallina voicemail bin-numru tiegħek ħalli nkunu nistgħu inċemplulek lura. 
  • ASN tevalwa l-bżonn finanzjarju tiegħek u tipprovdi informazzjoni u pariri dwar metodi ta’ abort u vjaġġar bl-inqas spiża possibli, b’mod kunfidenzjali u mingħajr ġudizzju. 
  • Jekk ma titkellimx bl-Ingliż jekk jogħġbok avżana sabiex inkunu nistgħu nirranġaw għal servizz ta’ traduzzjoni għal meta nċemplulek. 

Pariri għal qabel ma ċċemplilna 

  • Jekk mintix ċerta dwar x’tixtieq tagħmel u qed tfittex counselling jew xi tip ta’ sapport ieħor, jekk jogħġbok ikkuntattja lil FPAS Malta (www.fpas.mt, 27780037, 20341686). 
  • Jekk jogħġbok tkellem magħna qabel ma tibbukja l-vjaġġ tiegħek, speċjelment jekk għandek bżonn għajnuna finanzjarja. 
  • Il-voluntiera ta’ ASN mhux tobba, infermiera, jew professjonisti oħra tas-saħħa. Għaldaqstant ma nistgħux nagħtuk informazzjoni medika jew ngħinuk tagħmel id-deċiżjoni tiegħek. Madankollu, hawn organizzazzjonijiet reputabbli li joffru dawn is-servizzi. Tista’ ssib informazzjoni dwarhom hawnhekk.  
  • Aħna nistgħu nipprovdu informazzjoni dwar aġenziji reputabbli li jipprovdu pilloli tal-abort bil-posta. Jekk qed tikkunsidra li tordna pilloli minn fuq l-internet, jekk jogħġbok l-ewwel aqra din l-informazzjoni. 
  • ASN ma tistaqsiex lill-klijenti dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tqala jew għalfejn iridu abort. L-uniku kriterji għall-għajnuna finanzjarja huma l-bżonn tal-persuna u kemm ikun hemm fondi disponibbli min-naħa tagħna. 

Dwar l-għajnuna li noffru

Għajnuna finanzjarja

L-għan ta’ ASN hu li tnaqqas l-ispejjeż għal min ikollu bżonn isiefer biex jaċċessa abort sigur. Kull każ jiġi evalwat individwalment, u għajnuna finanzjarja tingħata skond iċ-ċirkustanzi tiegħek u l-fondi disponibbli tagħna. Bħala organizzazzjoni aħna għandna fondi limitati, però nippruvaw ngħinu kemm nistgħu nies li huma fil-bżonn. Għaldaqstant aħna nistennew li, kemm jista’ jkun, il-klijenti jirranġaw il-proċedura tal-abort u l-ivjaġġar bl-inqas spiża possibli. Jekk nipprovdu għajnuna finanzjarja, ASN tħallas lill-klinika direttament, u b’hekk tnaqqas l-ammont li inti jkollok tħallas għall-proċedura. Ġeneralment, il-klijenti stess jirranġaw għall-appuntament fil-klinika, u ASN tgħin sabiex jinstab l-irħas metodu ta’ vjaġġar mingħajr inkonvenjenzi.

Minbarra għajnuna finanzjarja, aħna nistgħu nipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kliniċi u sptarijiet, kif ukoll informazzjoni dwar dokumenti ta’ vjaġġar, regolamenti tal-Covid, eċċ. 

Akkomodazzjoni

Jekk għandek bżonn issib akkomodazzjoni, ASN tista’ tgħinek tagħmel dan b’mod affordabbli u viċin tal-klinika jew sptar fejn għandek l-appuntament. 

Ikkuntattjana


Dwar kif iżżomm il-kuntatt magħna privat

Internet

Jekk taħseb li xi ħadd qed jgħasses l-użu tiegħek fuq l-internet, prova aċċessa l-internet minn post newtrali bħal dar ta’ ħbieb, ix-xogħol, internet café, jew librerija lokali.  

Jekk ma trid lil ħadd ikun jaf li żort din (jew kwalunkwe) sit elettroniku, tista’ tħassar il-‘browser history’.  Inkella tista’ tuża ‘private browsing mode’, u b’hekk ma jkun hemm ebda informazzjoni dwar xi tkun fittixt fuq l-internet. Tista’ wkoll tħassar is-‘search history’ minn fuq Google, jew tuża  DuckDuckGo, li hija ‘search engine’ mingħajr tracking. 

Żomm f’moħħok illi s-sid jew l-amministratur tal-kompjuter xorta jista’ jkun jaf x’siti tkun żort fuq l-internet.

Email

Jekk tixtieq tibgħatilna email mingħajr ma tħalli kopja fis-sent folder tiegħek, uża l-formola fuq il-paġna tagħna Ikkuntattjana. Kun ċerta li tinkludi l-email jew in-numru tat-telefon tiegħek.

Telefon

Fuq il-kont tat-telefon in-numru tagħna ser jidher, però mhux l-isem tal-organizzazzjoni tagħna. Jekk għandek bżonn taħbi l-fatt li ċempiltilna, nissuġġerulek tikkunsidra li tuża servizz internazzjonali tat-telefon jew calling card.