Skip to main content Skip to footer

Aħna ngħinu lin-nies* jaċċessaw abort sigur

Abortion Support Network tipprovdi pariri dwar vjaġġar għal abort, Abortion Support Network (ASN) tgħin lil nies li għandhom bżonn jaċċessaw abort sigur. Aħna nipprovdu informazzjoni dwar kliniċi, vjaġġar u akkomodazzjoni, u assistenza finanzjarja għal min ikollu bżonn għajnuna biex ikopri l-ispejjeż involuti. Dawn is-servizzi nipprovduhom għal dawk residenti ġo l-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man, Malta, il-Ġibiltà, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Ungerija, Franza, Spanja, u r-Repubblika Ċeka. Dawk minn pajjiżi oħra fl-UE jiġu evalwati fuq każ individwali. 

L-assistenza finanzjarja tiddependi fuq il-bżonn tal-persuna kif ukoll mill-fondi disponibbli ta’ ASN. Jekk jogħġbok ikkuntattjana qabel tibbukja l-vjaġġ, għaliex aħna nistgħu nipprovdu informazzjoni dwar kif tippjana l-vjaġġ u l-proċedura bl-inqas spiża possibli. 

Nistgħu ukoll nagħtuk informazzjoni dwar organizzazzjonijiet reputabbli li jipprovdu pilloli tal-abort bil-posta. Jekk qed tikkunsidra li tordna dawn il-pilloli minn fuq l-internet, jekk jogħġbok l-ewwel aqra din l-informazzjoni.

ASN hija organizzazzjoni inklużiva – aħna ma nistaqsux lill-klijenti tagħna dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tqala jew għalfejn iridu abort. Aqra iktar f’dettall dwar l-organizzazzjoni ta’ ASN.

Għajnuna

Aqra dwar il-funzjoni ta’ ASN u x’tip ta’ għajnuna nistgħu noffrulek.

Kif nistgħu ngħinu

Appoġġjana

Aħna qegħdin f’pożizzjoni li nistgħu nagħtu l-għajnuna grazzi għal nies bħalek. Tista’ tagħti donazzjoni biex tappoġġja lill-klijenti tagħna li għandhom bżonn abort?

Appoġġja lill-klijenti tagħna