Ta’ kuljum tikkuntattjana persuna f’sitwazzjoni diffiċli li għandha bżonn abort sigur u legali.
Tista’ tgħinhom billi tagħti donazzjoni.
Agħti donazzjoniGħalfejn għandna bżonn l-għajnuna tiegħek
F’ċertu pajjiżi n-nies m’għandhomx aċċess abort sigur u legali.
Nies bħal Naomi*, li qaltilna “Qed inħosni ddisprata. Għandi bżonn l-għajnuna biex nagħmel abort. L-għarus tiegħi huwa perikoluż, u l-uniku soluzjoni tiegħi hi li nagħmel abort. Ninsab waħdi. M’għandix familja jew xi tip ta’ sapport ieħor. Jekk jogħġobkom, għinnuni. Inthom l-aħħar tama tiegħi.”
Aħna ma nistgħux ngħinu lil klijenti bħal Naomi mingħajr l-għajnuna tiegħek.
Abortion Support Network tipprovdi għajnuna finanzjarja u akkomodazzjoni lil nies li għandhom bżonn jivjaġġaw mill-Irlanda, l-Irlanda ta’ fuq, Isle of Man, il-Ġibiltà, u Malta biex jaċċessaw l-abort.
Permezz tal-isħubija tagħna ma’ Abortion Without Borders/Aborcja Bez Granic, aħna nfondu l-abort għan-nies li għandhom bżonn jivjaġġaw mill-Polonja.
Aħna nipprovdu wkoll informazzjoni kunfidenzjali u bla ebda ġudizzju lil kull min jikkuntattjana. Dan jinkludi informazzjoni dwar vjaġġar ġewwa l-Ewropa għal abort, kif ukoll informazzjoni dwar organizzazzjonijiet reputabbli li jipprovdu pilloli bil-posta għal abort mediċinali fl-ewwel stadju tat-tqala.
Mill-2009 ikkuntattjawna iktar minn 5,000 persuna li kellhom bżonn l-għajnuna biex jaċċessaw abort sigur u legali. Jekk jogħġbok agħti donazzjoni biex tgħinna nappoġjaw iktar nies.